L-Istorja ta’ MH

Meeting Halfway huwa pjattaforma onlajn fejn tiltaqa’ l-Ewropa kollha. Aħna nirrakkontaw stejjer minn madwar il-kontinent kollu permezz ta’ kliem, ritratti, filmati u ħsejjes – f’ħafna lingwi Ewropej.

Kif beda kollox

Sajf 2012: Grupp ta’ ġurnalisti żgħażagħ jiltaqgħu waqt workshop. Xogħolhom huwa li joħolmu bi proġett ta’ komunikazzjoni li jixtiequ li jseħħ kieku kollox kien possibbli. Wara xi siegħa, huma jiżviluppaw l-idea prinċipali, l-idea ta’ Meeting Halfway (inkontru nofs triq) bejn il-pajjiżi Ewropej, il-lingwi tagħhom u n-nies tagħhom. Sitt xhur wara din tibqa’ biss idea.

Imbagħad…

bilderseite

Rebbiegħa 2013: Niddeċiedu li nagħmluha. 50 ġurnalist żagħżugħ minn madwar l-Ewropa jingħaqdu u jibdew jaħdmu fuq l-ewwel stejjer tagħhom.

Sajf 2013: Iktar minn 100 traduttur jissieħbu wkoll mat-tim u jibdew jaqilbu l-istejjer minn lingwa għal oħra, għal oħra u għal oħra.

Nibnu sit elettroniku. Nittraduċu. Neditjaw. Norganizzaw. Inżommu kont ta’ kollox f’wisq google docs.

L-1 ta’ Settembru 2013: Nibdew onlajn.

X’se jiġri issa

Irridu li nibqgħu nirrakkontaw stejjer tajbin. Niġbdu l-attenzjoni. Nġibu l-fondi. Nirrakkontaw iktar stejjer. Nirranġaw li niltaqgħu ma’ kulħadd x’imkien. Nistabbilixxu spazju medjatiku verament Ewropew. Inbiddlu ftit id-dinja. U nkomplu minn hemm.

Il-vjaġġ ikompli. Nistednuk tingħaqad magħna tul din it-triq.

css.php