Meta n-nies imutu għax is-salvaturi tagħhom ittellgħu l-qorti
Filwaqt li l-politika Ewropea għaddejja tiddiskuti l-miżuri politiċi simboliċi, u l-popolisti tal-lemin fil-pajjiżi kollha qed jippruvaw jgħaddu liġijiet rigward id-deportazzjonijiet u jipprevjenu l-immigrazzjoni, mijiet ta‘ nies jibqgħu jitilfu ħajjithom fil-Meditterran, huma u jippruvaw jaqsmu għall-Ewropa mill-baħar. Nies ċivili tas-salvataġġ fuq il-baħar qed jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jipprevjenu dan – u talli qed jagħmlu dan, qed jiġu kkritikati u kkriminalizzati bl-ikrah. Tkellimna ma‘ Claus-Peter Reisch, il-kaptan ta‘ Lifeline, dwar din is-sitwazzjoni taħraq.
Priġuniera bi Ħsieb Indipendenti: In-Nisa fl-Iran
Imorru l-università, jieħdu sehem fil-Parlament u għandhom influwenza kbira fuq is-soċjetà Iranjana. Minkejja dan kollu, ħajjithom hija kkontrollata bil-kbir u limitata mill-irġiel tar-revoluzzjoni Iranjana. Din hija ħarsa qasira lejn il-kundizzjoni tan-nisa fl-Iran.
(Mhux) minoranza: Il-Musulmani bejn l-inklużjoni u d-diskriminazzjoni
F’kontribuzzjoni mistiedna, ix-xjentista tal-politika Saskia Schäfer targumenta l-każ għal ċittadini ta’ soċjetajiet moderni biex jiġu rikonoxxuti l-kumplessitajiet, it-temporalitajiet, u l-varjabilitajiet tal-identitajiet.
Ugwali, l-istess, ilkoll l-istess
It-taqbida għad-drittijiet indaqs fl-Ewropa għadha fl-aqwa tagħha. F’test verament personali, il-poeta artista ta’ poeżija slam Veronika Rieger, tikteb dwar kif tinħass li l-imħabba ta’ xi ħadd hija meqjusa ta’ klassi inqas minn ta’ ħaddieħor, u tagħti ħarsa lejn l-ipokrisija tal-argumenti li n-nies iħanbqu fuqhom jum wara jum.
Kwizz: Drittijiet umani
Peress li ngħixu fid-dinja tal-Punent, huwa verament faċli li ma niħdux ħajjitna u l-infurzar tad-drittijiet umani b’daqshekk serjetà. U fil-fatt, hekk għandu jkun. Imma f’dinja fejn il-populiżmu u n-narċissiżmu qegħdin dejjem aktar isiru popolari, dan is-suġġett sar jidher aktar relevanti minn qatt qabel, mhux biss meta qegħdin nitkellmu fuq pajjiżi u kulturi oħra, imma anke hawn, f’darna stess. Dan hu l-mument li turi kemm taf dwar id-drittijiet umani – inkella li ssir taf kemm ma tafx, u teduka ruħek!
Il-Lingwaġġ tal-Inklużjoni
Filwaqt li jista’ jkun li din il-ħaġa nnutajnieha qabel, huwa kruċjali li nifhmu li l-mod kif il-lingwi tagħna huma mfassla, ħafna drabi jwassal għal kwistjonijiet soċjali. Il-lingwa għandha post ċentrali fl-esperjenzi u l-ideat ta’ persuna peress li l-istruttura prestabbilita tagħha ta’ spiss tillimita jew tespandi l-mod ta’ kif naħsbu.
L-Aħħar Kummenti