Insiru Ċampjins tad-Dinja – eħfef milli tista’ timmaġina
Sep05

Insiru Ċampjins tad-Dinja – eħfef milli tista’ timmaġina

Kulħadd iħobb jirbaħ. Imma li ssir Ċampjin tad-Dinja ttik taħlita ta’ emozzjonijiet speċjali – wara kollox, dan ikun ifisser li int l-aqwa fid-dinja kollha! Sfortunatament, din l-emozzjoni ftit hawn nies li jesperjenzawha. Jew? Forsi trid issib id-dixxiplina partikolari li tmur mat-talenti tiegħek biex jirnexxilek tispikka. Jekk għadek ma sibtx il-qasam tiegħek, hawn għandna xi alternattivi għall-isports li nafu bih, b’assessjar taċ-ċans li għandhom il-ġodda li jirbħu t-titlu prestiġjuż ta’ Ċampjin tad-Dinja.

Read More
Meta n-nies imutu għax is-salvaturi tagħhom ittellgħu l-qorti
Jul24

Meta n-nies imutu għax is-salvaturi tagħhom ittellgħu l-qorti

Filwaqt li l-politika Ewropea għaddejja tiddiskuti l-miżuri politiċi simboliċi, u l-popolisti tal-lemin fil-pajjiżi kollha qed jippruvaw jgħaddu liġijiet rigward id-deportazzjonijiet u jipprevjenu l-immigrazzjoni, mijiet ta‘ nies jibqgħu jitilfu ħajjithom fil-Meditterran, huma u jippruvaw jaqsmu għall-Ewropa mill-baħar. Nies ċivili tas-salvataġġ fuq il-baħar qed jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jipprevjenu dan – u talli qed jagħmlu dan, qed jiġu kkritikati u kkriminalizzati bl-ikrah. Tkellimna ma‘ Claus-Peter Reisch, il-kaptan ta‘ Lifeline, dwar din is-sitwazzjoni taħraq.

Read More
‘Hong Kong mhix Xianggang”
Apr16

‘Hong Kong mhix Xianggang”

Ir-ritratti mill-Moviment tal-Umbrella daru madwar id-dinja kollha, imma minn dak iż-żmien ’l hawn, Hong Kong sparixxiet mill-palk dinji. Tjiebet is-sitwazzjoni minn dakinhar? Le, għall-kuntrarju. L-attivisti minn Meta Hong Kong mhumiex lesti li jaċċettaw din is-sitwazzjoni u qed jagħmlu kampanja għal Hong Kong aktar demokratika u soċjali.

Read More
L-Oktoberfest ta‘ Munich – attrazzjoni ta‘ bilfors jew nassa turistika?
Sep15

L-Oktoberfest ta‘ Munich – attrazzjoni ta‘ bilfors jew nassa turistika?

L-Oktoberfest huwa l-ikbar ‘Volksfest’ (festival folkloristiku) fid-dinja, iżda forsi sar kbir wisq? L-awtriċi tagħna, li oriġinarjament hija minn Munich, tagħti l-opinjoni tagħha dwar x’inhu Oktoberfest, u jekk huwiex verament l-aħjar mod kif tesperjenza l-kultura Bavarjana.

Read More
Kwizz: Drittijiet umani
Jun01

Kwizz: Drittijiet umani

Peress li ngħixu fid-dinja tal-Punent, huwa verament faċli li ma niħdux ħajjitna u l-infurzar tad-drittijiet umani b’daqshekk serjetà. U fil-fatt, hekk għandu jkun. Imma f’dinja fejn il-populiżmu u n-narċissiżmu qegħdin dejjem aktar isiru popolari, dan is-suġġett sar jidher aktar relevanti minn qatt qabel, mhux biss meta qegħdin nitkellmu fuq pajjiżi u kulturi oħra, imma anke hawn, f’darna stess. Dan hu l-mument li turi kemm taf dwar id-drittijiet umani – inkella li ssir taf kemm ma tafx, u teduka ruħek!

Read More
Noħorġu fit-toroq għall-Ewropa – konverżazzjoni ma’ Ewropew impenjat
Apr28

Noħorġu fit-toroq għall-Ewropa – konverżazzjoni ma’ Ewropew impenjat

Id-dimostrazzjonijiet tal-popolisti tal-partit tal-lemin u dimostrazzjonijiet kontra l-UE saru komuni fl-Ewropa. Madanakollu, movimenti favur l-Ewropa u movimenti liberali s-soltu jsemmgħu leħinhom biss eżatt wara li tkun intrebħet elezzjoni favur in-nazzjonalisti u l-popolisti. Imma l-Pulse of Europe jrid ibiddel dan u jrid jagħti vuċi lill-partitarji ta’ Ewropa magħquda. Tkellimna ma’ Akilnathan Logeswaran li ilu minn Frar jagħmel dimostrazzjonijiet favur l-UE fit-toroq ta’ Munich.

Read More
Kwiżż: Kif titkellem ħażin u toffendi fl-Ewropa
Apr14

Kwiżż: Kif titkellem ħażin u toffendi fl-Ewropa

X’inhi l-ewwel ħaġa li tgħallem lill-ħabib/a ġdid/a tiegħek bi lsien twelidek? Ħafna drabi, xi kelma ħażina, le? Ħafna studenti tal-Erasmus imorru lura f’pajjiżhom esperti fil-kliem baxx b’kull lingwa, u jekk għadek ma smajtx dawn l-espressjonijiet, hawn hu ċ-ċans tiegħek biex tlaħħaq ma’ ħaddieħor!

Read More
Il-lingwa tiegħi, dari: Il-Ġermaniż
Mar26

Il-lingwa tiegħi, dari: Il-Ġermaniż

Fl-aħħar snin, il-Ġermaniż kiseb ħafna popolarità bħala lingwa barranija. Kemm madwar l-Ewropa kollha, kif ukoll madwar id-dinja – f’daqqa waħda, kulħadd irid jitgħallem il-Ġermaniż. Il-Ġermaniż qiegħed fil-moda għalkemm ħadd mhu iktar sorpriż b’dan min-nattivi li jitkellmu bil-Ġermaniż.

Read More
Il-Ħajja fl-epiċentru tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani
Mar10

Il-Ħajja fl-epiċentru tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani

Il-Palestina ilha taħt okkupazzjoni mill-Iżrael dawn l-aħħar ħamsin sena. Wieħed miż-żoni meqjus bħala l-iktar milqut mill-kunflitti bejn il-kolonizzanti Iżraeljani u l-Palestinjani huwa l-Ħebron fix-Xatt tal-Punent. Allura kif inhi l-ħajja ta’ kuljum bl-okkupazzjoni u l-politika dwar l-insedjament?

Read More
Hekk tiġi ċċelebrata s-sena l-ġdida madwar l-Ewropa
Dec30

Hekk tiġi ċċelebrata s-sena l-ġdida madwar l-Ewropa

Għaddew sebat ijiem minn meta spiċċa l-Milied u bil-mod il-mod qed tintemm il-maġija ta’ żmien il-festi. Imma tibża’ xejn, għad fadal ċans biex tagħmel festa kbira tal-aħħar, qabel ma żżarma s-siġra tal-Milied u terħilha lura għax-xogħol. Qed nirreferu ovvjament, għall-festa ta’ Lejlet is-Sena l-Ġdida! Imma pajjiżi differenti kif jiċċelebrawha s-sena l-ġdida? U għaliex il-marelli għandek bżonn skutella mimlija għeneb, borma soppa tal-basal u ammont redikolu ta’ logħob tan-nar?

Read More
css.php