Voluntier f’Calais: ejjew ngħinu lir-rifuġjati!

Għal snin twal, għadd kbir ta’ immigranti stennew f’Calais f’kundizzjonijiet prekarji immens jittamaw li jaqsmu l-Kanal Ingliż. Antoine għażel li jqatta’ l-vaganzi tiegħu jaħdem f’assoċjazzjoni umanitarja, Utopia56. Huwa qasam l-esperjenza tiegħu magħna.

Miktub minn Antoine / 09.03.2019

Antoine ħa din id-deċiżjoni għaliex ried jitlaq minn Pariġi, jiskopri affarijiet ġodda u xtaq l-iżjed li jkun utli! Diġà kien jagħmel xogħol ta’ volontarjat ma’ Utopia56 f’Pariġi (organizzazzjoni li tgħin lir-rifuġjati), u kien jaf li l-assoċjazzjoni kienet topera wkoll f’Calais. U qal, “Għala le?”

Fl-24 ta’ Ottubru 2016, il-kamp tar-rifuġjati f’Calais inqered kawża tal-infurzar tal-liġi. Imma dan ma jfissirx li m’għad fadal ħadd hemm. Wara kollox, l-immigranti ilhom jippruvaw jaqsmu għall-Ingilterra mill-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin. Ir-rifuġjati qed jinħbew fir-reġjun, il-parti l-kbira minnhom jibqgħu fi gruppi ta’ nies tal-istess etniċità tagħhom. Hemm baħar sħiħ ta’ Eritreani, Afgani, Somali…

Sfortunatament, Calais mhuwiex l-unika post li esperjenza influss ta’ rifuġjati; hemm ukoll il-kamp kbir Grande-Synthe ħdejn Dunkirk, li huwa magħmul l-iżjed minn familji. Fis-6 ta’ Settembru 2018, ’il fuq minn elf persuna tkeċċiet minn dan il-kamp ukoll. Imma fil-verità, din mhijiex soluzzjoni għall-problema għax ilkoll jirritornaw biex jippruvaw jidħlu l-Ingilterra u kull darba jitkeċċew mill-ġdid.

Rifuġjati fix-xita ©Utopia56

Imma r-rifuġjati għalfejn ġejjin Calais? In-nies li Antoine qasam mobile-home magħhom spjegaw li l-immigranti jiġu Calais sabiex ikunu jistgħu jmorru l-Ingilterra. Huwa ħafna iktar faċli fl-Ingilterra li taħdem, li tikri dar, li tibgħat it-tfal l-iskola, mingħajr id-dokumentazzjoni għal dawn l-affarijiet.

Spjegaw ukoll li xi rifuġjati kienu diġà bdew jgħixu hemm, kienu ilhom jaħdmu hemm is-snin u ħabta u sabta, tfaċċaw il-pulizija u talbuhom juruhom id-dokumentazzjoni tagħhom u bagħtuhom lura minn fejn kienu ġew, jiġifieri, in-naħa l-oħra tad-dinja fejn ma kienu jafu lil ħadd. U dawn ma ħlew l-ebda ħin biex jerġgħu jitilqu lejn l-Ingilterra fejn għamlu t-traġitt mimli perikli. Barra minn hekk, qabel ma waslu l-Ingilterra, xi wħud kienu diġà ppruvaw jgħixu jew jiksbu l-ażil f’ħafna pajjiżi Ewropej oħrajn, iżda mingħajr l-ebda suċċess. Xi wħud xtaqu wkoll jingħaqdu mal-familji tagħhom li diġà kienu jgħixu l-Ingilterra.

L-organizzazzjonijiet ta’ karità f’Calais F’Calais hemm tmien assoċjazzjonijiet ibbażati f’maħżen. Ilkoll jagħmlu xogħol differenti pereżempju, jipprovdu l-ikel, edukazzjoni, u aċċess għall-kura tas-saħħa. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejniethom ma tantx hija kkumplikata u kollha huma kumpatibbli ħafna. Minħabba dan setgħu jiġbru l-ħiliet tagħhom flimkien u jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejniethom.

Minkejja l-għadd kbir ta’ voluntiera, Antoine sabhom professjonali ħafna, kollha kemm huma. Konna 120 voluntiera s-sajf l’għadda, imma l-għadd ta’ voluntiera jiċkien ħafna fix-xitwa.

Il-voluntiera fil-maħżen jagħmlu ħafna affarijiet differenti! Isajru, jagħmlu t-te, jisseparaw id-donazzjonijiet, isewwu l-ħwejjeġ, ikissru palits tal-injam biex jagħtu l-injam lir-rifuġjati: ix-xogħol huwa varjat immens.

Ix-xogħol isir fi proporzjonijiet ġganteski: jagħmlu t-te f’tankijiet ta’ 120 litru l-ġurnata kollha. 20 voluntiera kienu jsajru 1,200 ikla kuljum fi kċina li kellha standards professjonali ta’ iġjene.

Each day, several different jobs were offered to Antoine and it was completely up to him to pick the ones he wanted to do. The warehouse also needs people with specific skills; people who know how to do something useful like knowledge of car mechanics, video editing, photography or hairdressing would all be a bonus to the warehouse! This is by no means an exhaustive list, and the warehouse is open to all suggestions!
Kuljum Antoine kien jingħata għażla ta’ xogħlijiet u kellu l-libertà jagħżel liem wieħed nagħmel. Fil-maħżen kien hemm ukoll il-bżonn ta’ nies b’ħiliet speċifiċi; nies li jafu jagħmlu affarijiet utli bħal nies li jifhmu fil-mekkanika tal-karozzi, nies li jafu jeditjaw il-filmati, nies li jifhmu fil-fotografija, jew parrukkieri. Kollha kienu ta’ vantaġġ fil-maħżen! Din il-lista bl-ebda mod mhi eżawrjenti u fil-maħżen jilqgħu kull suġġeriment fil-maħżen!

Il-voluntiera jisseparaw id-donazzjonijiet ©Utopia56

Antoine jgħidilna dwar kif kienu jsiru d-distribuzzjonijiet tal-ikel u tal-ħwejjeġ għar-rifuġjati ma’ Utopia 56.
Kienu jkunu timijiet ta’ tliet voluntiera f’vann, flimkien mal-kap tat-tim. Kien hemm ħames postijiet apposta għad-distribuzzjoni b’sigħat meta kienet issir id-distribuzzjoni.

Matul il-ġurnata l-voluntiera kienu jistaqsu lir-rifuġjati jekk kinux jinsabu tajbin, kienu jħalluhom jużaw il-ġeneraturi tagħhom biex jiċċarġjaw il-mowbajls u kienu joffrulhom ilma u kits tal-iġjene. Kienu joqogħdu jitkellmu, jixorbu t-te flimkien u jilagħbu l-karti waqt li kienu jiċċarġjaw il-mowbajls.

Filgħaxijiet, minbarra dak li kienu jagħmlu matul il-ġurnata, il-voluntiera kienu jagħtuhom ħwejjeġ, u ikel li jkunu sajru fil-maħżen. Kien hemm tim ta’ koordinaturi li kienu jiżguraw li l-ħtiġijiet iżjed speċifiċi tar-rifuġjati kienu jinqdew, bħal li jagħtu kenn lil dawk iktar vulnerabbli, u kienu jiżguraw li l-voluntiera ma kellhomx problemi.

Id-distribuzzjoni tal-ikel ©Utopia56

Beża’ meta qassam l-ikel l-ewwel darba? It-tweġiba tiegħu: lanqas xejn! Qabel ma qassam l-ikel għall-ewwel darba, ingħata taħriġ ta’ tliet sigħat fil-maħżen. Qabel ma telaq, il-kap tat-tim tiegħu spjegalu x’kien ir-rwol tiegħu, x’kellu jagħmel u x’ma kellux jagħmel u ggwidah tul it-tqassim tal-ikel.

Utopia 56 first sends new volunteers to daytime distributions, because these are more straightforward, then moves them to the evening sessions. Antoine always tells: All in all, I’d say that doing distribution to everyone who comes out of the forest is quite overwhelming, but Utopia 56 takes good care of its volunteers.
Utopia56 tibgħat il-voluntiera l-ġodda jqassmu l-ikel ta’ matul il-ġurnata minħabba li dawn huma iktar sempliċi, qabel ma tibgħathom iqassmu l-ikel filgħaxija. Skont Antoine, kollox ma’ kollox, it-tqassim tal-ikel lil kull min joħroġ mill-foresta huwa xogħol ta’ pressjoni kbira, imma Utopia56 tieħu ħsieb tal-voluntiera tagħha.

L-atmosfera mar-rifuġjati kienet tal-ġenn. Tal-ġenn. Faċli tagħmel ħbieb magħhom. L-ewwel nett, il-kapijiet tat-tims u l-koordinaturi tal-foresti jafuhom sew u kienu jħeġġu lil voluntiera biex isiru jafu lir-rifuġjati.

Ilestu għat-tqassim tal-ikel ©Utopia56

Fl-aħħar taż-żjara tiegħu, Antoine għallem lil żewġ Somaljani kif jilagħbu Egyptian Rat Screw u lagħbuha flimkien. Kienet pjuttost sempliċi biex jikkomunikaw peress li l-parti l-kbira tagħhom jafu xi Ingliż jew Franċiż.

Antoine did a distribution one evening when it was raining and the atmosphere was less congenial. He could already see them getting angry with each other. According to ‘long term’ volunteers, you need nerves of steel to do distributions at night, in winter, in the cold and snow.
Antoine jirrakkonta li lejl minnhom meta kien qed iqassam l-ikel u kienet nieżla x-xita, l-atmosfera kienet inqas konġenjali. Diġà setgħa jarahom jitmaħsnu ma’ xulxin. Skont nies li ilhom voluntiera, għandek bżonn kuraġġ kbir biex tqassam l-ikel billejl, fix-xitwa, fil-bard u fil-borra.

Il-Pulizija TIl-Gvern Franċiż huwa mħallas mill-Gvern Ingliż biex jipprevjeni lill-immigranti milli jmorru r-Renju Unit. Għalhekk, il-Pulizija Franċiża tagħmel minn kollox biex l-immigranti jitilqu mir-reġjun. L-implimentazzjoni ta’ din il-politika tinkludi l-qerda ta’ kampijiet differenti u għadd ta’ tattiċi kontra r-rifuġjati u kontra l-voluntiera li jgħinuhom ukoll.

Fis-7 ta’ Awwissu 2018 ġie ppubblikat rapport fuq dan is-suġġett. Huwa disponibbli bl-Ingliż (hawn) u bil-Franċiż (hawn).

Minkejja dawn il-fatti pjuttost allarmanti u minkejja is-CRS (il-Pulizija Franċiża ta’ kontra l-irvellijiet) li intervjeniet fil-każ ta’ vann mhux ipparkjat sew quddiem il-maħżen, Antoine qatt ma sema’ lil ħadd jgħid li kellu xi jgħid mal-pulizija. L-uniċi nies li verament kellhom xi nkwiet mal-pulizija kienu voluntiera li ilhom jagħmlu dan ix-xogħol ta’ volontarjat li kellhom xogħol iktar diffiċli u ‘delikat’ xi jwettqu.
Barra minn hekk, dak kollu li jagħmlu dawn l-assoċjazzjonijiet huwa għalkollox legali u propjament, għandu jsir mill-istat Franċiż.

Tqassim tal-ikel paċifiku matul il-jum. Jistennew lill-mowbajls jiċċarġjaw waqt li jieħdu t-te. ©Utopia56

Il-midja Għaliex il-midja m’għadhiex titkellem fuq Calais? Meta l-‘ġungla’ kienet għadha hemm, ir-rifuġjati kienu iktar viżibbli. Issa jgħixu moħbija minħabba li jibżgħu mill-pulizija, imma hemm għadhom. Il-Gvern qed isegwi politika li b’mod intenzjonali tagħmel lir-rifuġjati inviżibbli.

L-esperjenza ta’ Antoine Lil Antoine għoġbitu ħafna l-esperjenza tiegħu mal-voluntiera l-oħra. Il-voluntiera kellhom bejn it-18 u l-75 sena u kienu minn kull pajjiż tad-dinja! Kien hemm voluntiera Ingliżi, Irlandiżi, Spanjoli, Taljani, Ġermaniżi, Ċeki, Amerikani, Indjani u mill-Kongo. Hemm storja tad-daħk dwar l-Amerikan li ġie Franza għal tliet xhur, sema’ dawn in-nies kollha jitkellmu bl-Ingliż u qatt ma telaq!

Kull filgħodu kulħadd kien jiltaqa’ barra għal laqgħa qasira biex isiru jafu bl-aħħar aġġornamenti u informazzjoni għal dik il-ġurnata, u biex jiċċaqalqu ftit ukoll. Imbagħad kulħadd kien imur fi triqtu biex jibda l-ħidma tiegħu tal-ġurnata. Fil-kċina, il-mużika kienet tkun għaddejja bl-ogħla volum. Kull filgħodu, flimkien mat-tim Katalan tiegħu, kien jaħsel tazzi li jistgħu jerġgħu jintużaw, biex jibda l-ġurnata b’xogħol ħafif, imbagħad kien jingħaqad ma’ tim ieħor. Il-voluntiera kollha kienu jitkellmu flimkien b’mod pjuttost naturali. Għall-ħin ta’ nofsinhar kienu jieklu l-ikel li jkunu sajru fil-kċina, l-istess ikel li kienu jieklu l-immigranti. Kienu mumenti sbieħ fejn kienu jsiru jafu ħafna aktar lil xulxin.

Filgħaxijiet kulħadd kien jorqod fil-kampijiet fil-mobile-homes tagħhom. Kull filgħaxija kien ikun hemm festini ’l hawn u ’l hemm. Kienu jistiednu lil xulxin għall-ikel fil-mobile-homes ta’ xulxin. Kienet atmosfera amikabbli ħafna. Antoine kien jorqod f’karavann ma’ żewġ voluntiera Brittaniċi li kienu ilhom hemm ’il fuq minn sena, u ma’ tfajla minn Hong Kong li kienet ilha hemm 4 xhur. Laqgħuh sew!

Ir-rieda li tagħti ħinek biex tgħin lill-oħrajn hija parti integrali li tkun voluntier, għalhekk, kulħadd kien jgħin lil ħaddieħor. Eżempju ta’ din is-solidarjetà huwa ta’ ħabib li kull filgħodu kien jistaqsi lil kull persuna fil-maħżen jekk ridux te jew kafè, u kien iġibhulhom.

Antoine irritorna minn Calais b’ħafna motivazzjoni! Kompla jagħmel xogħol ta’ volontarjat fil-fergħa ta’ Utopia56 ta’ Pariġi. Imbagħad iddeċieda li jingħaqad mat-tim tal-abitazzjoni u mbagħad, mat-tim tal-komunikazzjoni fejn kien jaħdem mid-dar fuq ħafna affarijiet varjati, bħall-organizzazzjoni ta’ konferenzi ta’ informazzjoni f’universitajiet, jew l-organizzazzjoni ta’ laqgħat bejn ospiti futuri u l-voluntiera tagħhom, jew kien jgħin fid-disinjar tas-sit il-ġdid tagħhom. Talab ukoll lil sħabu kollha biex jorganizzaw konferenzi ta’ Utopia56 fl-iskejjel tagħhom sabiex jitqajjem iktar għarfien dwar l-assoċjazzjoni.

Dawn huma t-tmien karitajiet li joperaw mill-maħżen:
L’Auberge des Migrants
Refugee Community Kitchen
Help Refugees
Mobile Refugee Support
Refugee Women’s Centre
Refugee Info Bus حافلة المعلومات للاجئين مسیر راهنمای پناهندگان
SALAM Nord/Pas-de-Calais
UTOPIA 56 (li Antoine ħadem magħhom f’Calais)

Author Antoine (Franza)
Traduttriċi

Paula Schembri (Malta)

Taħdem bħala: Traduttriċi

Lingwi: Malti, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż u ftit Taljan

L-Ewropa hija… mimlija opportunitajiet.

Qari tal-provi

Sephora Francalanza (Malta)

Tistudja: il-Malti fl-Università

Lingwi: Malti, Ingliż, Franċiż, Spanjol

L-Ewropa hija… ħallata ballata ta’ kulturi, valuri u stejjer.

This post is also available in Bosanski - Hrvatski - Srpski, Français, Italiano, Română, [Main Site] and македонски.

Author: Paula Schembri

Share This Post On

Submit a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

css.php