Għal numru ta’ snin, l-Unjoni Ewropea dehret li kienet waqfet tiġġieled kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Issa hemm ċans li dan jista’ jerġa’ jseħħ, iżda m’hemmx wisq x’nistennew mill-isfera politika.
Miktub minn Severin Heidrich / 21.7.2018
Li tgħix fl-Unjoni Ewropea jitqies bħala privileġġ ta’ veru madwar id-dinja. M’hemmx dubju li hemm numru kbir ta’ nies Ewropej bħalna li jgħixu ħajja pjuttost komda hawnhekk. Huwa veru iżda li dan il-fatt mhux dejjem jikkorrispondi mal-esperjenzi konkreti tagħna – wara kollox, ilkoll għandna l-problemi tagħna ta’ kuljum li jistgħu jkunu ta’ piż kbir għalina. Minkejja dan, nistgħu nassumu li fuq dan il-kontinent, ħafna affarijiet li huma importanti għalina sejrin pjuttost tajjeb. F’ħafna reġjuni oħrajn fid-dinja, kulma n-nies jistgħu jagħmlu, sfortunatament, huwa li joħolmu li jkollhom l-istandards Ewropej li ngawdu minnhom aħna, bħall-għoti tal-kura tas-saħħa, il-libertà ċivika, il-paċi jew id-disponibbiltà ta’ impjieg imħallas sew. Dan, għall-inqas, huwa ċ-ċertezza Ewropea li toffri hi.
Imbagħad ġara dan: f’Ottubru tas-sena li għaddiet, splodiet bomba fil-gżira żgħira Mediterranja ta’ Malta. Bilqiegħda fil-karozza tagħha, totalment meqruda mill-forza tal-isplużjoni, jinsab il-ġisem mejjet ta’ Daphne Caruana Galizia. Immedjatament wara l-avveniment, il-prosekuzzjoni f’Malta ħabbret li dan kien każ ta’ qtil. Ftit xhur wara biss, is-Slovakk Ján Kuciak jinqatel b’tir. Iż-żewġ persuni li nqatlu kellhom ħaġa waħda biss in komuni: kienu ġurnalisti. It-tnejn kienu qed isegwu sinjali li kienu jippuntaw lejn forom ta’ attivitajiet kriminali li llum il-ġurnata lanqas biss temmen li għadhom isiru; attivitajiet kriminali li qed iseħħu quddiem għajnejna stess. Li dawn il-ġurnalisti kellhom jitilfu ħajjithom għal xi ħaġa bħal din hija tassew daqqa ta’ ħarta għall-istampa li l-Ewropa penġiet tagħha nfisha bħala reġjun ta’ sigurtà u ta’ paċi.
Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni Ewropea hija dgħajfa
Madankollu, din il-kosternazzjoni mhix ibbażata biss fuq każijiet iżolati; in-nuqqasijiet huma problema strutturali fl-Ewropa wkoll. Pereżempju l-attivisti minn Transparency International jagħtu data affidabbli dwar din l-affari. Kull sena, din toħloq indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni fejn tistaqsi liċ-ċittadini dwar l-esperjenza tagħhom fuq dan is-suġġett. Ir-riżultati huma inkwetanti: il-parti l-kbira tal-istati kienu qed jagħmlu blogg fejn kienet tagħmel akkużi serji, b’ton dirett ħafna, kontra l-klikka tal-Prim Ministru attwali, Joseph Muscat. Il-qarrejja lkoll kienu jafu kemm kienet qed tagħmel xi ħaġa perikoluża: “Meta se niġu msikkta aħna wkoll?” kiteb wieħed mill-qarrejja tal-blogg, xahrejn wara li seħħ l-attakk. Tnejn minnhom issa siktu għal kollox.

Port of Valetta, Malta. Photo: kirkandmimi | CC0 1.0
Strutturi korrotti huma l-forzi ewlenin għall-kriminalità organizzata
Irrispettivament mill-fatt li l-korruzzjoni fiha nfisha hija reat li jwikki ħsara ekonomika kbira fuq il-komunità, il-korruzzjoni għandha effett serju ieħor fuq is-sigurtà taċ-ċittadini. Il-gruppi kriminali jużaw dawn l-istrutturi korrotti bħala għodda. Ngħidu aħna, isiru jafu mis-servizzi tas-sigurtà x’jafu l-investigaturi dwarhom u meta se jsiru r-rejds li jmiss fuqhom. Ixaħħmu uffiċjali mill-awtoritajiet tal-bini sabiex jirbħu kuntratti tal-prokurament pubbliku, ixaħħmu l-imħallfin biex jinfluwenzaw il-kawżi. L-Uffiċċju tal-Pulizija Ewropea, Europol, jieħu pass ieħor fl-evalwazzjoni tiegħu: il-kriminalità organizzata ‘tinfiltra l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati sabiex in-negozju kummerċjali tagħha jkun iktar faċli”. Ladarba dawn l-organizzazzjonijiet jiġu ppenetrati, isiru wkoll inqas ikkonċernati li jaħdmu favur iktar trasparenza. Huwa għalhekk li Transparency International qed titlob għal protezzjoni effettiva għal dawk li jaħarbu, miżura li s’issa, ftit li xejn ġiet żgurata fl-UE.
Skont rapport maħruġ mill-Uffiċċju Kriminali Federali tal-Ġermanja, il-kriminalità organizzata fl-Ewropa hija waħda mill-“isfidi ta’ sigurtà l-iktar kruċjali fi żmienna”. L-awtoritajiet jistmaw li l-ħsara ekonomika fl-2016 kienet madwar biljun ewro – u dak għall-Ġermanja biss. L-organizzazzjonijiet kriminali bażikament jagħmlu kull ħaġa li jistgħu li tqallgħalhom il-flus. U probabbilment, jagħmlu kemxa flus tajba wkoll mit-traffikar tal-bnedmin u tad-drogi. Il-kriminali jkunu attivi wkoll fuq l-internet fejn jiksbu iktar u iktar esperjenza. Sebgħin fil-mija ta’ dawn l-organizzazzjonijiet joperaw f’iżjed minn tliet stati f’salt. Għaxra fil-mija huma attivi f’iktar minn seba’ stati skont l-iktar rapport reċenti tal-Europol fuq dan is-suġġett. Din hija tassew problema transnazzjonali.
Il-ġlieda mal-biża’
Ix-xewqa sinċiera ta’ pajjiż li jiġġieled il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata hija rekwiżit formali sabiex ikunu jistgħu jissieħbu fl-UE. L-istati kollha Ewropej, kemm jekk humiex membri fl-Unjoni jew le, fundamentalment iridu jiġġieldu din il-problema. Madankollu, fid-dawl tal-iżviluppi kurrenti, jiġifieri, fir-rigward tar-reġistru tal-lobbjar il-ġdid tal-UE għall-eżerċtu tal-influwenza fuq il-politika Ewropea jew in-nuqqas ta’ ftehim fost il-parlamentari Ġermaniżi dwar il-proviżjonijiet tat-trasparenza, hemm raġuni valida għaliex qed jintefa’ dubju fuq ix-xewqa politika tal-Unjoni. Iktar importanti minn hekk hija l-kwistjoni ta’ kemm iktar għandhom jesprimu dak li jħossu l-ġurnalisti. Iżda, mill-qtil taż-żewġ ġurnalisti investigattivi, dawn qed isibuha iżjed u iżjed bi tqila biex jagħmlu dan.
Ir-rapport tal-Europol jistipula li l-kriminalità organizzata kienet tippreferi bil-wisq iktar li tevita milli tirrikorri għall-vjolenza, jew għall-inqas, tużaha biss kontra gruppi ostili. L-użu ta’ ħafna vjolenza fil-fatt tiġbed l-attenzjoni għall-attivitajiet tagħhom, li huwa partikolarment inkonvenjenti għal mudelli ta’ negozju illegali. Għalhekk jista’ jkun sorprendenti li r-rappurtaġġ mhux mixtieq jitħallas bi qtil. L-attakki wisq probabbli kienu maħsuba li jkunu twissijiet ċari għal kull min jindenja jistaqsi mistoqsijiet skomdi. It-tweġiba tal-ġurnalisti hija ċara: m’aħniex se nħallu lil min jintimidana. Iżda l-biża hija, l-ewwel u qabel kollox, stat psikoloġiku. Dikjarazzjoni pubblika mhi se tbiddel l-ebda ċirkostanza. Dawn il-kundizzjonijiet xejn ma huma tajbin allura biex titwettaq il-ħidma li tant hemm bżonnha.
This article was first published on thenewfederalist.eu, the magazine of the Young European Federalists. The content they produce is also published in French, Spanish, German, Dutch and Italian.
L-Aħħar Kummenti