Milied Tipiku Olandiż

Diċembru huwa dak iż-żmien tas-sena meta t-tradizzjonijiet ħabta u sabta, isiru importanti ħafna għal kull wieħed u waħda minna. Kull pajjiż, kull reġjun u anke kull familja għandhom il-mod speċjali ta’ kif jiċċelebraw il-Milied. F’din is-serje, l-awturi ta’ MH jgħidulna dwar it-tradizzjonijiet favoriti tagħhom ta’ din il-vaganza.

Miktub minn Marthe Menses / 13.12.2017

“Kif ikun Milied tipiku Olandiż?”. Hekk ġejt mistoqsija meta kont miexja fit-toroq ta’ Praga, li kienet il-belt tiegħi għal ftit tax-xhur. It-tfajla li għamlitli l-mistoqsija kienet qed tfittex għal ispirazzjoni għall-film li kienet qed tagħmel dwar il-Milied. Jien u naħseb fi tweġiba, bdejt nitbissem. Mhux għax kont qed naħseb dwar “Milied tipiku Olandiż”, imma għax kont qed naħseb dwar “il-Milied Olandiż tagħna”: it-tip ta’ Milied li s-soltu nqatta’ d-dar ma’ familti. It-tip ta’ Milied tagħna li ma tantx huwa ffukat fuq ir-rigali u l-ilbiesi. It-tip ta’ Milied tagħna fejn sempliċiment ingawdu l-kumpanija, l-ikel u l-istejjer ta’ xulxin. It-tip ta’ Milied tagħna fejn nilbsu ħwejjeġ sbieħ biex nieklu man-nanniet, zijiet u kuġini tagħna, imma jekk irridu biss. U t-tip ta’ Milied tagħna wkoll saħansitra (normalment, it-tieni jum tal-Milied peress li fl-Olanda, il-Milied niċċelebrawh fuq jumejn) meta ommi, missieri, oħti u jien nintefgħu d-dar naraw films tal-Milied il-ġurnata kollha, filwaqt li kulħadd ikun liebes l-iktar qalziet ikrah li għandu.

Naħseb li kull persuna Olandiża oħra li ġiet mistoqsija din il-mistoqsija kien ikollha tbissima fuq wiċċha hi u taħseb fuq il-“Milied Olandiż tagħha”. Forsi t-tip ta’ Milied tagħhom fejn jippreparaw l-ikliet żgħar tagħhom f’taġnijiet żgħar fuq platti jaħarqu f’nofs il-mejda (għal xi raġuni l-Olandiżi jħobbu jagħmluha wisq din). Forsi t-tip ta’ Milied tagħhom fejn jiftħu r-rigali li jkunu miġburin gozz taħt is-siġra tal-Milied. Forsi t-tip ta’ Milied tagħhom fejn sempliċiment imorru mixja fl-għelieqi mal-għeżież tagħhom . forsi xi ħaġa totalment differenti.

U jkun kif ikun il-“Milied Olandiż tagħna” jew “il-Milied Olandiż tagħhom”, dan il-fatt sempliċi huwa dak li jagħmel “Milied Olandiż tipiku”, għax l-ebda Milied Olandiż ma huwa eżattament l-istess. Kulħadd jista’ jkollu l-Milied Olandiż tiegħu stess. U kulħadd għandu dan il-Milied sewwasew. U dan jogħġobni. Ħafna.

Awtriċi

Marthe Menses (In-Netherlands)

Tistudja: L-Amministrazzjoni Pubblika

Lingwi: Olandiż, Ingliż u ftit Franċiż

L-Ewropa hija… parti minn din id-dinja li nħossni xxurtjata ngħix fiha.

Traduttriċi

Paula Schembri (Malta)

Taħdem bħala: Traduttriċi mal-Kummissjoni Ewropea fid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni

Lingwi: Malti, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż u ftit Taljan

L-Ewropa hija… mimlija opportunitajiet.

Qarrejja tal-provi

Laura Cioffi (Malta)

Tistudja: Mużika

Lingwi: il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż.

L-Ewropa hija … sinfonja umana li tinbidel kontinwament.

This post is also available in Bosanski - Hrvatski - Srpski, Català, English, Español, Français, Italiano, Nederlands, Português and [Main Site].

Author: Paula Schembri

Share This Post On

Submit a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

css.php

Billi tkompli tuża dan is-sit, qed tagħti l-kunsens tiegħek għall-użu ta' cookies. aktar informazzjoni

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close