Niġġieldu d-diqa li taqbadna wara l-Erasmus: Ħellow, jiena jisimni…

Għalkemm forsi mhix rikonoxxuta bħala kundizzjoni medika, dak id-dwejjaq li tħoss meta tmur lura l-università tiegħek huwa normali żgur, hu xi ħaġa li kull student li għamel Erasmus jgħaddi minnu, sewwa? Fis-serje l-ġdida tagħna, tistgħu ssegwu l-mixja tal-awtriċi lura lejn il-ħajja normali tagħha wara sena barra mimlija esperjenzi.

Miktub minn Elinor Terry

Ħellow, jisimni Elinor u għandi l-vizzju tas-safar. Ġejt lura minn sena barra ftit aktar minn xahar ilu u jkolli nammetti li qed insofri minn xi sintomi tal-irtirar. Qattajt sena ta’ taħriġ f’Berlin, nixrob il-birra, inkanta l-karaoke u niltaqa’ ma’ xi wħud mill-aktar nies intriganti fl-U-Bahn. Jekk għadek ma indunajtx, qed nimmissja dan kollu wisq! F’dal-aħħar xahar, irritornajt għal ħajti ta’ qabel, bl-università u sħabi ta’ qabel… u dan kollu ma jistax ikun aktar differenti miż-żmien li qattajt barra! Apparti mill-post differenti, ma jgħinx il-fatt li qiegħda naffaċċja waħda mill-aktar snin diffiċli u stressanti tal-kors.

Li mis-sħana ta’ 30-il grad tas-sajf Indjan ta’ Berlin tmur lura f’belt li tinħass familjari ħafna u kemxejn mibdula fl-istess ħin, hu biżżejjed li jitfa’ lil dak li jkun f’telqa psikoloġika. Għal ħafna studenti Ingliżi li ġew lura, dal-addattament sar aktar diffiċli bit-tunnellata xogħol li tawna tal-aħħar sena u l-istress tal-gradwazzjoni li dejjem qiegħda toqrob. Bis-sħaba ta’ futurna ddellilna, irridu niġu f’sikkitna immedjatament u nħallu l-prospett tagħna bħala gradwati u l-ħiliet tal-intervista għal xogħol ġdid jieħdu post il-karozzi Blabla u l-Club Mate.

post-erasmus-blues-1-kopie

Recuerdos felices del Erasmus © Elinor Terry

Forsi jiena xi ftit drammatika, veru: qiegħda ngħix f’belt li sejjaħtilha dari għal sentejn, ma’ żewġ tfajliet tal-ġenn, li wkoll studjaw barra u jifhmu minn xiex jien għaddejja. Apparti minn hekk, iż-żmien li qattajt barra żgur se jgħinni meta niġi biex insib xogħol u ltqajt ma’ ħafna ħbieb ġodda li dejjem nista’ mmur inżurhom la ntemm l-istudji tiegħi. Allura għaliex qiegħda nqatta’ daqstant ħin niffoka fuq affarijiet negattivi, u jiena l-unika waħda li qiegħda nħossni hekk?

Din hi l-mistoqsija li tiswa mitqlu deheb li rrid niffoka fuqha: Bħala kittieba, dejjem ħassejt li l-aqwa mod li nirbaħ xi ostaklu hu billi nikteb dwaru u, wara xi mitejn kelma, l-affarijiet jibdew jiċċaraw aktar. L-akbar kwistjoni marbuta mal-komunità tal-Erasmus illum il-ġurnata hija l-pressjoni li jkollok “is-sena perfetta barra” u r-rimors meta din ma sseħħx. Imma x’jiġri jekk is-sena tiegħek barra tkun perfetta, jew l-eqreb tal-perfezzjoni li setgħet tkun? X’jiġri lill-vjaġġaturi li jiġu lura jħossuhom mnikkta, wara li jkunu bnew familja u dar ġodda f’pajjiż ieħor? L-għarajjes li jkollhom jinfirdu, jew dawk li jkunu qagħdu fl-istess dar u li ma jkunux jafu meta għad jaraw lil xulxin? Dawn l-emozzjonijiet ħafna drabi ma jitqiesux u jkollna naffaċċjawhom waħedna.

Fortunatament, dal-kwistjonijiet kollha, flimkien mal-emozzjonijiet imħawdin tiegħi, se jingħaqdu f’din is-serje. Ħerqana biex naċċetta u naħkem id-“diqa tiegħi ta’ wara l-Erasmus” u nittama li billi nitkellem ma’ nies oħrajn li rritornaw minn din l-esperjenza, flimkien nistgħu nibnu aneddotu maġiku u bżonjuż ferm fil-ġimgħat li ġejjin.

Awtriċi

Elinor Terry (ir-Renju Unit)

Tistudja: il-Ġermaniż u l-Letteratura Ingliża

Lingwi: l-Ingliż, il-Ġermaniż

L-Ewropa hija… supergeil, supergeil!

Illustrazzjonijiet

Luzie Gerb (Ġermanja)

Tistudja: Storja tal-Arti, Fine Arts u l-Istudji Kulturali Kumparattivi

Lingwi: il-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Iżvediż, il-Franċiż

L-Ewropa hija… mimlija postijiet maġiċi, nies interessanti u l-istejjer tagħhom.

Websajt: luzie-gerb.jimdo.com

Traduttriċi

Sephora Francalanza (Malta)

Tistudja: BA fil-Malti u l-Ingliż

Lingwi: Malti, Ingliż, Franċiż, Spanjol

L-Ewropa hija… ħallata ballata ta’ kulturi, valuri u stejjer.

Qarrejja tal-provi

Paula Schembri (Malta)

Taħdem bħala: Assistenta mal-Kummissjoni Ewropea fid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni

Lingwi: Malti, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż u ftit Taljan

L-Ewropa hija… mimlija opportunitajiet.

This post is also available in Bosanski - Hrvatski - Srpski, Català, Deutsch, English, Español, Français, Italiano, Română and [Main Site].

Author: Anja

Share This Post On

Submit a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

css.php

Billi tkompli tuża dan is-sit, qed tagħti l-kunsens tiegħek għall-użu ta' cookies. aktar informazzjoni

Il-konfigurazzjonijiet tal-cookies fuq dan il-websajt huma ssettjati għal "aċċetta cookies" sabiex ikollok l-aħjar esperjenza possibbli ta' tiftix fuq l-Internet. Jekk tkompli tuża dan il-websajt mingħajr ma tbiddel il-konfigurazzjonijiet tiegħek tal-cookies jew jekk tikklikkja isfel fuq "Aċċetta", allura qed tagħti l-kunsens tiegħek għal dan.

Agħlaq