Fil-Kartieri tagħna

Kulħadd għandu kartiera, u aktar ma tkun kbira, aktar ma nistgħu npoġġu affarijiet fiha. Suppost, il-kartieri qegħdin hemm għall-flus, imma tista’ ssib affarijiet oħra fihom li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-flus. Jidher li għal kollox jintużaw. Dan l-aħħar, il-kartieri tagħna saru kwistjoni soċjali. Kulħadd beda jgħodd u jerġa’ jgħodd kemm jaqla’, kemm jonfoq u anke l-bolol. Hawn tista’ tara xi kartieri u għal xiex jintużaw. Int x’iżżomm f’tiegħek?

Nare

Qatt ma nista’ nsib il-ħin biex niżbarazza l-kartiera mill-karti li m’għadx għandi bżonn. Għandi tliet tipi differenti ta’ muniti: Dram, Dollaru, Ewro u ma nistax insib il-ħin insarrafhom fi dram. Il-karta importanti li dejjem inżomm fil-but hija l-liċenzja tas-sewqan u nużaha bħala karta tal-identità. Għandi wkoll 5 santi li jbigħu t-tfal fit-toroq. Meta jiġu fuqi u jitolbuni nixtri waħda, qatt ma jtini li ngħidilhom le.

01 Nare

Sona

Qed nitgħallem indoqq il-kitarra. Sħabi tawni pick tal-gitarra b’ritratt ta’ Paul McCartney fuqha. Togħġobni u nużaha ħafna. Peress li żgħira nippreferi nżomma fil-kartiera ħalli ma nitlifhiex. Għandi stampa oħra żgħira li pinġieli sieħbi. Hija stampa verament tad-daħq ta’ ġurnata sabiħa u għalhekk inżommha. Imma r-raġuni għal xiex inżommha fil-kartiera hija għax naħseb li hija xi ħaġa isbaħ milli żżomm ritratt ta’ xi ħadd fil-kartiera.

02 Sona

Robert

L-iktar affarijiet bis-sens li nġorr fil-kartiera tiegħi huma memorji sbieħ ta’ postijiet differenti. Ilni nżomm biljett taċ-ċinema tal-film “X-men 2” għal 10 snin, biljett ta’ Disneyland għal 4 snin u karta li tawni l-grupp WARAQ għal sena, kif ukoll il-biljetti tal-metro minn pajjiżi differenti. Ma nafx eżatt għala nħobb inżommhom fil-kartiera, imma m’għandix il-ħsieb li nneħħihom fil-futur qarib.

03 Robert

Diana

Fil-kartiera tiegħi dejjem inżomm ċekkijiet tal-bank, karti, flus u karti differenti tax-xogħol. Li vera ma nħobbx inżomm fil-kartiera huma l-muniti tal-10c u tal-20c. U qisu għal tal-apposta dejjem hemm ħafna fil-kartiera tiegħi, għax qishom jafu li ma għandix gost bihom! Anki għandi kompartament żejjed fil-kartiera biex ma jitħalltux mal-muniti l-oħra. Kull meta jiġini ċ-ċans, nipprova neħles minnhom mill-ewwel. Inżomm 2 muniti Amerikani wkoll li kien ġabli sieħbi Amerikan u ddeċidejt li nżommhom fil-kartiera bħala tfakkira. Naħseb li jġibuli xorti tajba.

04 Diana

Narine

Fil-kartiera tiegħi nżomm il-biljetti tiegħi tal-kuntatt, li għandhom 10 snin fuqhom u li kont għamilt jien. M’għadnix nużhom għax issa antiki, imma għad għandhom posthom hawn. Ħaġa oħra li ilni nżomm fil-kartiera għal snin sħaħ hija l-USB stick. Meta kont studenta, l-Internet kien inutli għal trasferimenti ta’ informazzjoni, allura dejjem kelli din il-USB stick fuqi biex nużaha f’każ li kelli bżonn nagħmel kopja ta’ xi ħaġa. Nerġa’ ngħidha, antika imma għad għandha postha hawn.

05 Narine

Eduard

Ma jogħġbunix kartieri kbar għax huwa skomdu ħafna li toqgħod timxi bi bwiet tqal. Għalhekk qatt ma nżomm xejn aktar fiha ħlief flus u kards tal-banks. Ġieli, wara li nkun użajt kard tal-bank, inżomm l-irċevuti fil-kartiera. Imma anki l-irċevuti ma jdumux hemm għax narmihom wara ftit.

06 Eduard

Eva

Din il-kartiera oħti xtrathieli imma jien kont li għażiltha. L-oġġett li jġibli r-risq huwa l-karta ta’ 1000 lira li sibt biż-żball meta kont qed naħdem ġo ħanut ta’ ħwejjeġ użati ġo wieħed mill-bwiet. Kien l-ewwel xogħol tiegħi allura kont kuntenta ħafna li sibtha u kollega tiegħi kitbitli xi ħaġa fuqha bl-Għarbi. Żammejtha għal 9 snin imma għadni ma nafx xi tgħid is-sentenza.

07 Eva

Tatev

L-aħmar huwa l-kulur favorit tiegħi, għalhekk ħabibti xtratli kartiera ħamra. Poġġiet dollaru ġo fiha għar-risq. Biex inżid xortija, bħala oġġett ta’ fortuna, żidt 5 liri u 1000 Dram ma’ dak id-dollaru. Inżomm ukoll l-uniku ritratt negattiv li għandi tiegħi qabel ma għalaqt sena. Sfortunatament, m’hemmx mod kif nista’ niżviluppah peress li ġie maqtugħ.

08 Tatev

Vardan

L-iktar ħaġa eċċitanti fil-kartiera tiegħi hija dollaru li ffirmawha l-membri kollha tal-grupp tar-rock Viza. Kienet l-unika karta li kelli fil-kartiera meta tlabthom għall-firem tagħhom, allura dan id-dollaru qatt mhu ser jintefaq. Żammejt ukoll il-biljetti tiegħi ta’ xorti tajba ta’ tal-linja ta’ meta kont għadni student. Għandhom algoriżmu speċjali: hemm 6 numru fuq biljett ta’ tal-linja u jekk it-total tal-ewwel tliet numri huwa l-istess bħat-total tal-aħħar tliet numri, allura jġibulek ir-risq.

09 Vardan

Gayane

Irċevejt il-kartiera 7 snin ilu bħala rigal mingħand oħti. Tant kemm drajtha din il-kartiera li anki wara li xtrajt tnejn oħra ġodda, xorta din nuża. Nemmen li ġġibbli r-risq, avolja ma tantx nemmen fihom dawn l-affarijiet. Is-soltu nżomm flus, kards tal-banek, irċevuti u xi karti tal-kuntatt.

10 Gayane

Violet

Inħobbhom il-muniti. Il-muniti tal-Armenja tal-500 dram speċjalment. Il-muniti tal-500 dram tqal u jleqqu li jispirawk bil-kunfidenza iġiegħluk tħossok importanti daqslikieku għandek xi ħaġa ta’ siwi kbir fil-kartiera. Fil-kartiera nżomm ukoll xi pilloli għal kontra l-uġigħ ta’ ras peress li hija l-iktar post fejn nista’ nsibhom malajr jekk ikolli bżonnhom.

11 Violet

Murad

Inħobbha l-kartiera, kull fejn immur jien, tmur hi wkoll. Inżomm ir-ritratti kollha tad-daqs tal-passaport li qatt kelli fiha. Inħobbhom dawn ir-ritratti, speċjalment il-fatt ta’ kemm nidher differenti fihom. Inħobb nara l-bidla maż-żmien. Għażilt li nżommhom fil-kartiera peress li huwa konvenjenti u dejjem inkun nista’ nurihom lil sħabi.

12 Murad

 

[crp]

Awtriċi u Fotografu

Tatevik Vardanyan (L-Armenja)

Tistudja/ Taħdem: Matematika Applikata / Fotografija, Fotoġurnalista, Produttriċi tal-Films Dokumentarji, Trainer (Midja Soċjali, Internet)

Lingwi: Armenjan, Ingliż, Russu

L-Ewropa hija…… ġabra marbuta ta’ kulturi, nies, stejjer u mumenti fiż-żmein.

Blogg: tatevikvardanyan.com/

Instagram: @tatevikvardanyan

Twitter: @Tate_Vardanyan

Traduttriċi

Paula Schembri (Malta)

Taħdem bħala: Assistenta mal-Kummissjoni Ewropea fid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni

Lingwi: Malti, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż u ftit Taljan

L-Ewropa hija… mimlija opportunitajiet.

This post is also available in Bosanski - Hrvatski - Srpski, Català, Deutsch, English, Español, Français, Galego, Italiano, [Main Site], Ελληνικά and Русский.

Author: Anja

Share This Post On

Submit a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

css.php

Billi tkompli tuża dan is-sit, qed tagħti l-kunsens tiegħek għall-użu ta' cookies. aktar informazzjoni

Il-konfigurazzjonijiet tal-cookies fuq dan il-websajt huma ssettjati għal "aċċetta cookies" sabiex ikollok l-aħjar esperjenza possibbli ta' tiftix fuq l-Internet. Jekk tkompli tuża dan il-websajt mingħajr ma tbiddel il-konfigurazzjonijiet tiegħek tal-cookies jew jekk tikklikkja isfel fuq "Aċċetta", allura qed tagħti l-kunsens tiegħek għal dan.

Agħlaq