Maratona fil-mużewijiet ta’ Yerevan (l-Armenja)

Matul l-aħħar għaxar snin, l-Armenja ngħaqdet mal-programm tal-Lejl tal-Mużewijiet u bdiet tiċċelebrah b’entużjażmu kbir. Din hi sena unika għall-Armenja peress li 100 mużew minn madwar il-pajjiż ingħaqad fil-programm, 39 minnhom jinsabu f’Yerevan. Nhar is-17 ta’ Mejju, il-mużewijiet ikunu b’xejn u miftuħa għall-viżitaturi, mis-6 ta’ filgħaxija sa nofsillejl. Għalhekk, jien ħadt il-kamera u fil-ħin limitat li kelli, pruvajt indur mużewijiet kemm stajt.

Arti Moderna fiċ-Ċentru Cafesjian għall-Arti

L-ewwel żort iċ-Ċentru Cafesjian għall-Arti (http://www.cmf.am/) li jinsab fiċ-ċentru ta’ Yerevan. Bosta nies bdew jilagħbu u jkantaw mat-tfal tagħhom barra l-mużew waqt li kien hemm kju twil jistennew biex jidħlu ġewwa. L-itwal kju kien għas-sala tal-ewwel sular, fejn kien hemm skulturi tal-ħġieġ ta’ Dale Chihuly, Stanislav Libenský u Jaroslava Brychtová. Il-mużew kollu kien ippakjat b’nies li riedu jaraw l-arti moderna.

20140830 museum night armenia_01 Cafesjian Center for the Arts 1

20140830 museum night armenia_02 Cafesjian Center for the Arts 2

Nistennew biex nidħlu fis-sala tal-mużew

20140830 museum night armenia_03 Cafesjian Center for the Arts 3

Xogħol tal-arti tal-ħġieġ ta’ Dale Chihuly

20140830 museum night armenia_04 Cafesjian Center for the Arts 4

20140830 museum night armenia_05 Cafesjian Center for the Arts 5

20140830 museum night armenia_06 Cafesjian Center for the Arts 6

L-istorja ta’ Aram Khachaturian imħallta biż-żfin

Wara, żort il-mużew ta’ Aram Khachaturian, kompożitur u surmast tal-orkestra Armenjan famuż. Il-mużew kien ftit jew wisq vojt. Il-gwida tal-mużew bdiet tgħid lill-ftit viżitaturi li kien hemm l-istorja ta’ mħabba ta’ Aram Khachaturian. Fuq però, is-sitwazzjoni kienet pjuttost differenti. In-nies kienu hemm biex jitgħallmu jiżfnu ż-żifna tradizzjonali Armenjana jew il-vals ma’ żeffiena professjonali. Dan kien avveniment speċjali għal dak il-lejl biss.

20140830 museum night armenia_07 Aram Khachaturian 1

L-entratura tal-mużew ta’ Aram Khachaturian

20140830 museum night armenia_08 Aram Khachaturian 2

20140830 museum night armenia_09 Aram Khachaturian 3

It-tagħlim taż-żfin Armenjan

20140830 museum night armenia_10 Aram Khachaturian 4

Il-ġnien sabiħ ta’ Avetik Isahakyan

Viċin ta’ dan il-mużew hemm il-mużew ta’ Avetik Isahakyan, kittieb, poeta u attivist pubbliku Armenjan. Ħassejtni milqugħ sew fid-dar sabiħa u żgħira ta’ dan ir-raġel flimkien mal-ġnien żgħir tiegħu. Qabel tlaqt għall-mużew li kien imiss, poġġejt biex nistrieħ ftit fil-ġnien mimli ward u bdejt nimmaġina kemm kien hemm nies famużi li kienu ġew hawn biex jieħdu kikkra te jew kafè ma’ Isahakyan fil-ġnien tiegħu.

20140830 museum night armenia_11 Avetik Isahakyan 1

20140830 museum night armenia_12 Avetik Isahakyan 2

20140830 museum night armenia_13 Avetik Isahakyan 3

L-iskultura ta’ Avetik Isahakyan fil-ġnien tiegħu

20140830 museum night armenia_14 Avetik Isahakyan 4

Ritorn lejn it-tfulija

Ma stajtx ma nżurx il-mużew favorit tiegħi fi tfuliti, fejn nannuwi kien joħodni spiss, il-Mużew ta’ Hovhannes Tumanyan (http://www.tumanyan.info/), kittieb u attivist pubbliku Armenjan li hu meqjus ukoll bħala l-poeta nazzjonali tal-Armenja. Minn barra, id-dar tiegħu kienet tidher normali imma minn ġewwa kienet qisha tal-ħolm. Ħafna mill-karattri fittizji u eroj tiegħu ngħataw il-ħajja fil-mużew permezz ta’ skulturi tal-pupazzi. Kull darba li niġi f’dan il-mużew, qisni mort lura fi tfuliti. Nista’ nsejjaħlu l-mużew tal-kuntentizza.

20140830 museum night armenia_15 Hovhannes Tumanyan 1

20140830 museum night armenia_16 Hovhannes Tumanyan 2

20140830 museum night armenia_18 Hovhannes Tumanyan 3

20140830 museum night armenia_19 Hovhannes Tumanyan 4

Arranġament żgħir mill-ħrafa ta’ Hovhannes Tumanyan

20140830 museum night armenia_19 Hovhannes Tumanyan 4

20140830 museum night armenia_20 Hovhannes Tumanyan 5

20140830 museum night armenia_21 Hovhannes Tumanyan 6

Skultura ta’ Hovhannes Tumanyan

Biex nikkonkludi, artisti moderni

L-aħħar mużew li rnexxieli nżur kien il-Mużew tal-Arti Moderna ta’ Yerevan fejn wieħed jista’ jara xogħlijiet tal-arti ta’ artisti moderni mill-Armenja u oħrajn barra mill-Armenja. Hawn bosta mużewijiet sbieħ f’belti, bħall-Gallerija Nazzjonali tal-Arti, il-Mużew tal-Istorja, il-Mużew ta’ Sergei Parajanov, ta’ Yervand Kochar, ta’ Yeghishe Charents, ta’ Alexander Spendiarian u ta’ ħafna oħrajn li ma rnexxilix inżur matul il-lejl tal-mużewijiet li m’huma xejn inqas sbieħ u ma jonqsux milli jissorprendu.

20140830 museum night armenia_22 Modern Art Museum of Yerevan 1

Viżitaturi fil-Mużew tal-Arti Moderna

20140830 museum night armenia_23 Modern Art Museum of Yerevan 2

20140830 museum night armenia_24 Modern Art Museum of Yerevan 3

20140830 museum night armenia_25 Modern Art Museum of Yerevan 4

Viżitaturi japprezzaw l-arti moderna ta’ artisti moderni u kreattivi

20140830 museum night armenia_26 Modern Art Museum of Yerevan 5

Jien inħobb inżur il-mużewijiet tul lis-sena kollha però li niddedikaw ġurnata għall-mużewijiet hi idea tajba ħafna. Il-mużewijiet huma importanti għal kull ġenerazzjoni peress li kull wieħed minnhom għandu storja unika: storja ta’ poplu, arti u storja, li huma parti minn ħajjitna.

[crp]

Awtur

Tatevik Vardanyan (L-Armenja)

Jistudja/ Jaħdem ta’: il-Matematika Applikata/ Fotografu, Fotoġurnalista, Dokumentalist, Ħarrieġ (il-Midja Soċjali, Web )

Speaks: l-Armen, l-Ingliż, ir-Russu

L-Ewropa hija…… kollezzjoni mwaħħda ta’ kulturi, popli, stejjer u mumenti.

Blog: http://phantomthroughlens.wordpress.com

Instagram: http://instagram.com/tatevikvardanyan

Twitter: @Tate_Vardanyan


Traduzzjoni

Glynnies Bonnici

Tistudja: Il-Malti u t-Traduzzjoni

Titkellem: Il-Malti, l-Ingliż u l-Franċiż

Qari tal-provi

Laura Cioffi

Tistudja: Mużika

Titkellem: il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan u l-Franċiż

L-Ewropa hija… sinfonija umana li tinbidel kontinwament.

This post is also available in Bosanski - Hrvatski - Srpski, Deutsch, English, Italiano, Magyar, Português, Türkçe, [Main Site] and Русский.

Author: Paula Schembri

Share This Post On

Submit a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

css.php

Billi tkompli tuża dan is-sit, qed tagħti l-kunsens tiegħek għall-użu ta' cookies. aktar informazzjoni

Il-konfigurazzjonijiet tal-cookies fuq dan il-websajt huma ssettjati għal "aċċetta cookies" sabiex ikollok l-aħjar esperjenza possibbli ta' tiftix fuq l-Internet. Jekk tkompli tuża dan il-websajt mingħajr ma tbiddel il-konfigurazzjonijiet tiegħek tal-cookies jew jekk tikklikkja isfel fuq "Aċċetta", allura qed tagħti l-kunsens tiegħek għal dan.

Agħlaq