Il-protesti fl-Ukraina: X’Ġara s’Issa

Wara ġimgħat, u saħansitra xhur, ta’ protesti, qed issir diffiċli biex wieħed iżomm kont ta’ dak li qed jiġri fl-Ukraina. It-tim ta’ MH ġabar l-aktar avvenimenti importanti li ġraw s’issa.

Diffiċli ma tindunax li l-aħbarijiet u r-ritratti mill-Ukraina sejrin għall-agħar ma kull jum li jgħaddi: mill-inqas 4 persuni inqatlu fil-ġlied mal-pulizija, ħafna oħrajn sfawttorturati, maħtufa jew msawwta. Dak li f’Novembru li għadda beda bħala dimostrazzjoni paċifika favur l-UE fil-kapitali Ukrena inbidel f’kunflitt statali bejn id-dimostranti u l-istat f’dawn l-aħħar ġimagħtejn. Parti ċkejkna fiċ-ċentru ta’ Kiev inbiddlet f’kamp ta’ gwerra. Il-president Victor Yanukovych u l-gvern mhux biss qegħdin ifallu milli jikkontrollaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż, iżda l-isforzi tagħhom biex jirrispondi għat-talbiet tad-dimostranti qed ikunu nofs ħeġġa u dewmiena, anka wara l-mwiet waqt il-protesti. Riżultat ta’ dan, l-irvelli nfirxu wkoll barra minn Kiev, b’eluf ta’ persuni jaħbtu għall-bini tal-gvern, jitolbu r-riżenja tal-president u jistaqsu għal-amnestija għad-dimostranti li għadhom il-ħabs.

L-irvelli bdew lejn l-aħħar tal-ħarifa li għaddiet, meta l-president naqqas millili jiffirma ftehim ta’ assoċċjazzjoni mall-UE favur negozzjati mar-Russja fuq salvataġġ ta’ $15-il biljun. Għall-pajjiż, fejn ħafna miċ-ċittadini huma favur l-integrazzjoni mal-EU, din kienet mossa ċara mill-gvern bħala biddla ta’ policy. L-għada Pjazza Indipendenza fi Kiev inbiddlet f’nukleu għal dawk li qegħdin jissejħu l-akbar irvelli mill-Rivoluzzjoni Oranġjo tal-2004. Nies minn Kiev u nħawi madwar nġabru lkoll fiċ-ċentru tal-kapitali u għamluha l-bażi għall-irvelli, billi remaw tined tal-kampijiet u kċejjen ċkejkna madwar Maidan (Pjazza Indipendenza). Id-dimostranti ddeċidew li jevitaw l-użu ta’ simboli ta’ xi partiti politiċi, pero, il-mexxejja tat-tliet partiti ewlenin fl-oppożizzjoni wrew is-sapport tagħhom u bdew jirrappreżentawhom: Arseniy Yatsenyuk, il-mexxej tal-ikbar partit fl-oppożiżżjoni “Art Missirijietna” li qabel immexxi minn Yulia Tymoshenko, l-ex prim ministru li ntbagħtet il-ħabs; l-ex ċampjin tal-boksing li ħareġ għall-politika Vitali Klitschko (il-partit “Udar”);  u l-mexxej nazzjonalist Oleg Tyahnybok (il-partit “Svoboda”).

Saru diversi tħabbiriet mill-oppożizzjoni li d-dimostrazzjonijiet għandhom ikunu paċifiċi, minkejja l-ħafna attentati biex jinbeda il-ġlied minn ġuvintur atletiċi li, skont in-nies fuq EwroMaidan (l-isem li ngħata lil dawn l-irvelli), kienu aktarx mħallsin mill-Gvern. Anka wara li xi dimostranti, ħafna minnhom studenti, ġew msawta mill-pulizija kontra l-irvelli Ukrena, il-”Berkut”, l-unika ħaġa li nbiddlet fuq l-EwroMaidan kienet barrikata tad-dimostranti fit-toroq. Għal kważi xahrejn, in-nies baqgħet ikkampjata fi Kiev u l-gvern baqa’ ħalqu magħuq.

Dan kollu nbidel hekk kif fit-18 ta’ Jannar, l-uffiċjali Ukreni introduċew liġi ġdida kontra l-protesti, immirata biex trażżan dimostrazzjonijiet tal-massa kontra l-gvern. Ir-reazzjoni tad-dimostranti kienet immedjata. Din id-darba pero, id-diżappunt tal-massa safa fi vjolenza, meta grupp ta’ nies – x’aktarx attivisti radikali żgħażagħ – bdew iwaddbu bombi tal-petrol u ġebel lejn il-pulizija tal-irvelli. Mill-inqas 4 min-nies ġew irrapurtati maqtula mill-ġied, b’għexieren ta’ ta’ dimostranti u ġurnalisti jindarbu mill-bullits tal-lastku u l-għesieleġ. Anka dimostranti li kienu l-isptar  nħatfu  by policemen mis-sodda tagħhom fl-isptar.  Forsi l-agħar każ ta’ vjolenza mill-pulizija deher meta tpoġġa filmat fuq l-Internet li juri dimostrant għarwien f’temperaturi taħt iż-żero jiġi abużat minn membru tal-Berkut.

Barra dan kollu, fl-istess lejl, nies li kienu viċin is-sit tal-ġlied ilkoll irċevew  messag fuq il-mowbajl li kien jgħid: “Għażiż/a membru, inti ġejt irreġistrat bħala partiċipant fl-irvella tal-massa.”

Dawn l-avvenimenti kollha instigaw mewġa ta’ rvelli fi bliet Ukreni oħra, li bdew mill-Punent u nfirxu saħansitra sar-reġjuni fl-Lvant li huma influenzatiaktar mir-Russja u li s’issa kienu għadhom ma’ ssieħbu f’xejn.

Kien biss wara l-protesti nfirxu mal-pajjiż kollu li l-president Yanukovych beda d-djalogu mal-EwroMaidan. Wara l-mexxejja tal-oppożizzjoni rrifjutaw l-offerti ta’ karigi għolja fil-gvern proposti mill-president, il- gvern neħħa l-liġi kontra l-protesti u l-prim ministru Mykola Azarov rreżenja. Postu, pero, ttieħed mal-ewwel minn Serhiy Arbuzov, li huma meqjus bħala bniedem qrib ħafna tal-familja tal-president.

Waqt l-aħħar sessjoni parlamentari, id-deputati vvutaw għal liġi ġdida li tagħti amnestija lill-ħabsin biss jekk id-dimostranti jneħħu l-barrikati u jiżblukkaw it-toroq u l-pjazez fil-pajjiż kollha ħlief fl-inħawi fejn id-dimostrazzjonijiet huma paċifiċi. Barra minn hekk, skont din il-liġi, il-ħelsien huwa ggarantit biss lil dawk li ħadu sehem f’dimostrazzjonijiet paċifiċi.
Din il-proposta parzjali, pero, ma jidhirx li niżlet tajjeb wisq mal-EwroMaidan. Infatti, id-dimostranti ħalfu li jibqgħu kkampjati u jkomplu l-assedju fuq il-binjiet parlamentari sakemm id-dimostranti kollha jinħelsu mill-ħabs, l-uffiċjali tal-gvern ipattu għall-atroċitajiet tal-pulizija u l-president jirreżenja.

[crp]

This post is also available in Bosanski - Hrvatski - Srpski, Català, Deutsch, English, Español, Italiano, Magyar, Nederlands, Português, Română, Slovenčina, [Main Site], Ελληνικά and Русский.

Author: ignacio

Share This Post On

Submit a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

css.php

Billi tkompli tuża dan is-sit, qed tagħti l-kunsens tiegħek għall-użu ta' cookies. aktar informazzjoni

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close